Lokali

Falza stikka mill-Partit Laburista…nesew 7,000 persuna

Il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef ma kienx lest jikkundanna lis-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo u lill-Membru Parlamentari Laburista Ian Castaldi Paris, li ftit tal-jiem ilu nesew 7,000 persuna li bħalissa qed ibatu minħabba l-problema tal-qgħad.

L-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, ippubblikati l-ġimgħa li għaddiet, uriet kif f’April li għadda kien hemm 10,816 bla xogħol. Madankollu, meta mistoqsija dwar dan fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, Clayton Bartolo u Ian Castaldi Paris għamlu referenza għall-4,000 persuna biss li qed jirreġistraw.

U wara din il-falza stikka li ghamlu shabu, il-President tal-Partit Laburista deher evidentament skomdu.

Mistoqsi mill-ġdid, ladarba ma kienx ċar fl-ewwel tweġiba, qalilna biss li diġà weġibna.

Min-naħa tagħha, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Miriam Dalli kellha tammetti li l-Mexxej politiku tagħha – Robert Abela – mhux kapaċi jikkonvinċi fil-fora Ewropej dwar l-isfidi li pajjiżna qed jiffaċċja kawża tal-immigrazzjoni irregolari.

Fil-fatt, domanda ta’ ġurnalist ieħor, wasslet lil Miriam Dalli biex tikkonferma li l-problema għan-nuqqas ta’ soluzzjoni mill-istituzzjonijiet Ewropej tinsab fil-fora fejn ikun hemm preżenti l-Prim Ministri … u allura, f’isem pajjiżna, il-Mexxej Laburista Robert Abela.

Iżda hawn, provat tiskurja punti politci billi attakkat lill-Partit Popolari Ewropew.

Sadanittant, mistoqsija minn NET News dwar id-dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, li qabbel l-għajnuna ta’ biljun ewro għal pajjiżna kontra l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-Coronavirus ma’ bajtra tax-xewk, Miriam Dalli wkoll esprimiet it-tħassib tagħha.

Dan kollu għax, skont hi, parti mill-fondi se jingħataw f’forma ta’ self vantaġġjuż ….flus li nistgħu ngawdu minnu għax pajjiżna hu membru fl-Unjoni Ewropea