Ambjent Kunsilli Lokali Lokali Saħħa Transport

FILMAT: “Il-ħofra tant hi kbira li taħsbek qiegħed fuq il-qamar”

Il-Kunsill Lokali tal-Marsa jinjora talbiet biex tissewwa ħofra kbira fi Triq Toubridge, f'Albertown, li saħansitra timtela' b'ilma mħallat b'demm ħiereġ mill-pixkerija

Jidher li s-sitwazzjoni prekarja ta’ ċerti toroq hija mifruxa f’bosta toroq oħrajn madwar il-pajjiż hekk kif NET News irċieva bosta lmenti ta’ ħsarat gravi, issa f’Albertown, il-Marsa.

Dan hekk kif fi Triq Toubridge hemm ħofra li tant hi kbira li dawk li lmentaw magħna qalulna qisha xi krejter fuq il-qamar.

Apparti l-ħsarat li qegħdin iġarrbu l-vetturi li jagħmlu użu mit-triq, peress li l-ħofra tant qed tikber li wieħed ma jistax jevitaha, din il-ħofra ħolqot problema ta’ sanità fl-inħawi u qegħda tipperikola saħħet in-nies fi żmien li suppost il-poplu qiegħed jevita infezzjonijiet ġodda bla bżonn.

Jirriżulta li qiegħed jinġemgħa ilma mħallat bid-demm tal-ħut li qiegħed joħroġ fit-triq wara l-ħasla li ssir fil-pixkerija tal-Gvern.

Dawn l-ilmenti li rċievejna twasslu bosta drabi lill-Kunsill Lokali tal-Marsa iżda l-persuni li tkellmu magħna qalu li t-talbiet tagħhom waqgħu fuq widnejn torox.

Ikkummenta