Żewġ persuni kellhom jingħataw l-għajnuna mill-Forzi Armati ta’ Malta wara li nqalbu bid-dgħajsa b’kollox fil-Qbajjar, f’Għawdex.
Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident, li seħħ illum waranofsinhar, iżda fortunatament, iż-żewġ persuni li kienu abbord jidher li ma weġġgħux.
Fil-post, huma ngħataw l-għajnuna immedjata mill-membri tal-Armata abbord ħelikopter u patrol boat qabel ma ttellgħu lura fuq l-art.
//= $special ?>