Coronavirus Sport Sport Ieħor

“Ikun prudenti li nistennew ftit ieħor qabel ma jirritorna t-tennis”- Rafael Nadal

(Ritratt: EPA)

It-tennista Spanjol, Rafael Nadal qal li t-tennis jistgħu jkun ta’ eżempju għal sport ieħor u jistenna ftit ta’ żmien ieħor qabel ma jirritorna wara l-pandemija tal-coronavirus. Ir-rebbieħ ta’ 19 –il Grand Slam qal li ma jaħsibx li t-tennis għandu jirritorna qabel ma kull tennista jkun jista’ jivvjaġġa b’mod liberu u sigur. Sa issa jidher li l-ebda avveniment internazzjonali ma huwa se jkun miżmum qabel l-aħħar ta’ Lulju.

Nadal stqarr li hu għalissa ma jridx li jsiefer New York biex jipparteċipa u jiddenfendi t-titlu tal-US Open f’Awwissu. L-Ispanjol kompla li jekk l-awtoritajiet jiddeċiedu li l-US Open għandu jsir, jittama li dan isir taħt miżuri stretti ta’ sigurta’ filwaqt li stqarr li din is-sitwazzjoni hija waħda straordinarja u b’hekk għandha tkun rispettata s-saħħa tat-tennisti. Hu temm jgħid li qiegħed jirritorna għat-taħriġ filwaqt li qed joqgħod attent li ma jsofri l-eba injury.