Basketball Sport

Il-kampjonat tal-NBA se jkompli fil-31 ta’ Lulju

(Ritratt: TheSpun.com)

Hekk kif bħalissa madwar id-dinja reġa’ qiegħed jirritorna l-isport, anke fl-Istati Uniti tħabbar li fil-31 ta’ Lulju se jirritorna l-kampjonat tal-NBA. Tmien timijiet diġa ddikjaraw l-istaġun tagħhom terminat u b’hekk 22 biss se jkunu li se jkomplu l-kampjonat. L-NBA ħabbret ukoll li t-timijiet kollha se jkunu f’żona waħda biex jitnaqqas ir-riskju tal-firxa tal-coronavirus.

It-timijiet se jkunu fid-Disney World Resort f’Orlando, b’din il-proposta tgħaddi b’29 vot favur u wieħed kontra. Il-plejers kollha se jkunu qegħdin jiġu ttestjati kuljum għall-coronaviurs. Hu pjanat ukoll li jekk ikun hemm il-play-off dawn se jsiru fit-12 ta’ Ottubru. Il-kampjonat tal-NBA kien sospiż fil-11 ta’ Marzu wara li plejer ta’ Utah Jazz irriżulta pożittiv għall-coronavirus.