Coronavirus Sport Sport Ieħor

Il-Ġappun qed jikkonsidra tibdil fl-Olimpjadi tas-sena d-dieħla

(Ritratt: EPA)

Il-Gvernatur tal-Ġappun, Yuriko Koike qalet li jista’ jkun li l-Olimpjadi tas-sena d-dieħla jsiru b’mod ‘simplifikat’ minħabba l-pandemija tal-coronavirus u l-effett li din ħalliet. Il-kummenti ta’ Koike saru wara li gazzetta prominent fil-Ġappun żvelat kif qed isiru diskussjonijiet mill-organizzaturi biex isiru testijiet tal-coronavirus b’mod mandatorju u li jkun hemm numru limitat ta’ spettaturi.

Il-Membru tal-IOC, John Coates qal li jekk sa dak iż-żmien ma jkunx hawn kura jew vaċċin kontra l-coronavirus il-logħob tal-Olimpjadi jista’ jsir b’mod differenti. F’Marzu, l-IOC flimkien mal-Gvern Ġappuniż ħadu d-deċiżjoni li l-logħob Olimpiku li kellu jsir din is-sena, kellu jiġi pospost għas-sena d-dieħla minħabba l-firxa tal-pandemija tal-cornavirus.

L-organizzaturi qalu wkoll li jekk dawn ma jsirux is-sena d-dieħla, jiġu kkanċellati. L-Olimpjadi huma skedati li jsiru bejn it-23 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu tas-sena d-dieħla. Fil-Ġappun sa issa kien hemm 16,986 każ pożittiv u 900 mewt kawża ta’ din il-pandemija.