Coronavirus Futbol Sport

Il-klabbs tal-Premier League se jkunu jistgħu jagħmlu sa massimu ta’ 5 sostituzzjonijiet

(Ritratt: EPA)

Il-Premier League flimkien ma’ dawk kollha nvoluti approva li mis-17 ta’ Ġunju, jiġifieri minn meta jirritorna l-kampjonat, il-klabbs se jkunu jistgħu jużaw sa massimu ta’ 5 sostituzzjonijiet f’partita waħda kif ukoll se jkunu jistgħu jniżżlu sa massimu ta’ 21 plejer fuq il-line up tagħhom.

Aktar kmieni dan ix-xahar li għadda, il-FIFA proponiet li l-klabbs ikunu jistgħu jagħmlu sa massimu ta’ 5 sostituzzjonijiet f’kull partita meta l-kampjonati jirritornaw wara l-pandemija tal-coronavirus.

Din il-proposta ġiet milqugħa mill-IFAB, li hi l-istituzzjoni responsabbli mir-regoli tal-futbol. It-timijiet kollha se jkollhom tliet opportunitajiet matul il-partita biex jagħmlu s-sostituzzjonijiet tagħhom kif ukoll se jkollhom ċans li li jagħmlu dan fil-half-time.

Każ wieħed pożittiv wara l-ħames rawnd ta’ testijiet.

Intant, ilbieraħ ħareġ riżultat wieħed biss pożittiv wara li sar il-ħames rawnd ta’ testijiet lit-timijiet tal-Premier League. Għalkemm l-identità tal-individwu ma’ ġietx mħabbra, jidher li l-persuna pożittiv huwa mit-tim ta’ Tottenham Hotspur.