Matul dawn iż-żminijiet tal-pandemija tal-COVID-19 , il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ żamm diskussjonijiet dwar modi kif jiġu ppreservati il-benesseri taż-żgħażagħ peress li se jkunu affettwati b’mod sproporzjonat minn din il-kriżi.
Għalhekk, il-KNZ ġabret ftit proposti li temmen li jtaffu l-konsegwenzi inevitabbli ta’ din il-pandemija.
Għaż-żgħażagħ fl-edukazzjoni, il-KNŻ qed tipproponi li l-COVID-19 Wage Supplement li qed jingħata lil ħaddiema part time jiġu estiżi għall-istudenti kollha f’impjieg part-time. Il-KNZ temmen li dan l-inċentiv se jindirizza id-diskriminazzjoni attwali bejn il-ħaddiema studenti u l-kollegi tagħhom.
Proposta tagħna hija li jiġu introdotti opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ speċjalment fix-xhur tas-Sajf. Il-KNŻ jipproponi wkoll fond għall-istudenti li ġejjin minn djar bi dħul aktar baxx jekk jibqgħu qiegħda.
Is-saħħa mentali hija magħrufa li żżid il-produttività fuq il-post tax-xogħol. Diversi statistiċi juru li l–pandemija attwali kellha impatt fuq is-saħħa mentali, speċjalment fuq iż-żgħażagħ. Il-KNŻ temmen li aktar servizzi favur iż-żgħażagħ għandhom ikunu disponibbli għaż-żgħażagħ f’dan il-mument kritiku.
Fost aktar proposti, il-KNŻ titlob għall-investiment f’qafas ta’ edukazzjoni ċivika.
//= $special ?>