Il-kunċert tant mistenni tal-kantanta leġġendarja Celine Dion li kellu jiġi organizzat dan is-Sajf ser jiġi pospost għal-Lulju tas-sena d-dieħla.
Sorsi qrib is-sit LovinMalta spjegaw li minflok ġie kkanċellat għal kollox, dan il-kunċert, li huwa sold-out, ser ikun qed jittellgħa s-sena dieħla bid-data titħabbar fl-10 ta’ Ġunju.
Celine Dion kienet mistennija tkanta dan is-sajf f’kunċert f’Ta’ Qali bħala parti mit-tour mondjali tagħha għall-album ‘Courage’.