Lokali

Il-UĦM mhux lesta li tipperikola s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema

Il-UĦM Voice of the Workers ma kienet fl-ebda ħin ikkonsultata fid- diskussjonijiet mal-Gvern li fl-aħħar mill-aħħar wasslu biex ħaddiema amministrattivi f’postijiet tax-xogħol, bħall-Università ta’ Malta, il-MCAST, skejjel tal-Gvern u servizzi ta’ appoġġ fl-Ministeru tal-Edukazzjoni jidħlu għax-xogħol minn għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020.

Din il-union hija infurmata li l-postijiet tax-xogħol imsemmija hawn fuq mhumiex in line mal-protokoll li nħareg mill-Supritendenza tas-Saħħa Pubblika. Għalhekk mhux propizju li l-ħaddiema jidħlu lura fl-uffiċċji tagħhom. Jidher ċar li risk assessments ma sarux u għalhekk il-UĦM Voice of the Workers mhix lesta teperikola s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

Għaldaqstant il-UĦM qed tagħti direttivi li japplikaw fl-istituzzjonijiet imsemmija sabiex il-membri tagħha, li ntalbu jirritornaw għax-xogħol, ma jagħmlux dan u jkomplu jaħdmu skont l-arranġamenti li kellhom fl-aħħar
ġimgħat.