Futbol Sport

Imħabbra d-dati tas-semifinali u l-finali tal-Coppa Italia

(Ritratt: Lega Serie A)

Il-Ministru tal-Isport Taljan Vincenzo Spadafora kkonferma li s-semifinali tal-Coppa Italia se jsiru fit-12 u t-13 ta’ Ġunju, bil-finali se ssir fis-17 ta’ Ġunju. Fit-12 ta’ Ġunju, Juventus se jilqgħu lil Milan filwaqt li fit-13 ta’ Ġunju Napoli se jospitaw lil Inter bil-finali ssir erbat ijiem wara.

Fl-ewwel leg, Milan u Juventus spiċċaw fi draw ta’ 1-1 b’gowls ta’Ante Rebić u Cristiano Ronaldo f’San Siro filwaqt li Napoli barra minn darhom għelbu lil Inter 1-0 b’gowl ta’ Fabián Ruiz. Il-kampjonat tas-Serie A se jirritorna ftit tal-ġranet wara fl-20 ta’ Ġunju.