Coronavirus Lokali

L-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’pajjiżna; il-każi attivi jinżlu għal 37

In-numru ta’ każi attivi jinżlu għall-anqas livell fl-aħħar ġimgħat, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma kien irreġistrat l-ebda każ pożittiv ġdid ta’ Coronavirus, filwaqt li kien 14-il każ ta’ fejqan.

B’hekk, l-informazzjoni ppubblikata fuq il-Paġna tal-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook turi li l-każi attivi issa niżlu għal 37, hekk kif it-total tal-każi pożittivi baqa’ 622, it-total tal-persuni li mietu baqa’ disgħa u t-total tal-persuni li fiequ telgħu għal 576.