Edukazzjoni Lokali Saħħa

L-UPE b’direttivi sabiex l-edukaturi jkomplu jaħdmu mid-dar

Appell “b’responsabbilità lejn is-saħħa tal-għalliema”

L-Union of Professional Educators – Voice of the Workers ħarġet direttivi lis-setturi kollha, sabiex il-membri tal-Union li ntalbu biex jirritornaw lura għax-xogħol “jkomplu jaħdmu minn djarhom kif għamlu minkejja l-isfidi kollha li dan ġab miegħu f’dawn l-aħħar ġimgħat”.

Dan wara li fi stqarrija l-UPE saħqet li l-Gvern ma nvolvhia fl-ebda diskussjoni sabiex l-impjegati li tirrappreżenta jirritornaw għax-xogħol minn għada l-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju.  

Il-UPE spjegat li hija infurmata li l-postijiet tax-xogħol inkwestjoni m’humiex attrezzati skont il-protokoll maħruġ mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u dan jaf ikun ta’ periklu għal saħħet l-edukaturi involuti.

Dawn il-gradi jinkludu lecturers fl-Università u lecturers fil-Junior Collage. 

Għaldaqstant, “b’responsabilità lejn is-saħħa u s-sigurtà tal-membri” il-UPE appellat sabiex l-edukaturi għada ma jirritornawx lura fuq il-post tax-xogħol.