Formula 1 Sport

Mercedes ma jeskludux li fil-futur jakkwistaw lil Sebastian Vettel

(Ritratt: EPA)

Il-Prinċipal tal-Mercedes, Toto Wolff qal li ma jeskludiex li fil-futur jistgħu jagħmlu tentattiv biex jakkwistaw lil erba’ darbiet champion tad-dinja Sebastian Vettel.

F’kummenti li ta lis-sit uffiċjali tal-Formula 1, Wolff qal li l-prijorità għal Mercedes huma s-sewwieqa tagħhom, jiġifieri Hamilton, Bottas u Russell iżda qal li ma jistgħax jeskludi l-ebda isem minħabba li fil-futur is-sitwazzjoni għal Mercedes tista’ tinbidel. Meta kien mistoqsi dwar Lewis Hamilton, Wolff qal li għalissa l-objettiv ta’ Mercedes huwa li jkompplu jirbħu flimkien ma’ Hamilton anke jekk l-Ingliż jiskadilu l-kuntratt fi timiem l-istaġun.

Jidher iżda li sa issa għad ma kien hemm l-ebda diskussjoni dwar il-futur ta’ Lewis Hamilton filwaqt li saħaq li bejn iż-żewġ partijiet hemm fiduċja assoluta. Il-Kampjonat tal-Formula 1 mistenni jibda fil-5 ta’ Lulju bil-Grand Prix tal,-Awstrija fiċ-ċirkwit tar-Rolex Grosser Preis von Osterreich.

Il-Mercedes se jirritornaw fit-trakka s-sena d-dieħla

Il-Mercedes ħabbru li ss-sewwieqa tagħhom se jkunu qegħdin jirritornaw fit-trakka ta’ Silverstone l-ġimgħa d-dieħla għall-ewwel darba sa minn Frar li għadda. Mercedes ħabbru li ċ-champion renjanti, Lewis Hamilton se jkun qed jitħarreġ fit-trakka nhar il-Erbgħa filwaqt li sieħbu fit-tim Valterri Bottas se jkun qed isuq nhar it-Tlieta.