Ambjent Lokali

Minkejja l-appell tal-Università tal-Ġordaniżi…ir-residenti ma jċedux

Minkejja li l-Università Amerikana ta’ Malta appellat is-sentenza mogħtija mill-Awtorità tal-Ippjanar li kienet irrifjutat unanimament applikazzjoni għall-kampus tal-Kottonera tagħhom, ir-residenti huma determinati li ma jċedux pulzier.

Wara nofsinhar tal-Ħamis sar l-ewwel smigħ fit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-pjanijiet ta’ estensjoni tal-Università Amerikana ta’ Malta għall-kampus tal-Kottonera.

F’Novembru li għadda l-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat l-applikazzjoni (PA / 07496/16) li kienet se tħalli biss tnejn mill-uniċi spazji miftuħa fit-Tlett Ibliet tal-Kottonera bis-swar tal-Isla imxekkla mill-vista.

Il-grupp ta’ Azzjoni: Tuna Artna Lura’ qed joġġezzjona bil-qawwa kollha għall-iżvilupp propost, ibbażat fuq il-fatt li l-proġett, minbarra li se jkun qed joħnoq l-ispazju pubbliku, se jeqred il-wirt nazzjonali u jikser għanijiet u l-obbjettivi ta’ ppjanar bil-galbu.

Meta l-Grupp ta’ Sadeen – il-kumpanija tal-kostruzzjoni u ospitalità Ġordanjana li tmexxi l-Universsità Amerikana f’Malta appellat mid-deċiżjoni tal-Awtorita tal-Ippjanar f’Jannar, “Azzjoni” flimkien ma ‘grupp ta’ NGO’s stabbiliti ġabru l-fondi meħtieġa biex jiġġieldu dan l-appell grazzi għall-komunità, u dan f’inqas minn ġimgha.

Minħabba l-miżuri COVID-19, is-seduti tat-tribunal qed isiru onlajn. Minbarra li kkontesta l-appell legalment u wara s-smigħ onlajn, il-grupp ta’ residenti għamel dehera simbolika f’wieħed mill-ispazji miftuħa in kwistjoni – u dan biex jirrispetta r-regoli ta’ distanza soċjali u l-miżuri attwali tas-saħħa u s-sigurtà.

Is-seduta ġiet differita għall-1 ta’ Ottubru, għaliex il-president tal-EPRT kien is-Segretarju tal-bord tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li rrifjuta l-applikazzjoni, u l-perit Edwin Mintoff f’isem Sadeen talab biex ikun jista’ jikkonsulta mal-klijent tiegħu dwar jekk iċ-chairman għandux jirrikuża ruħu huwa stess.