Coronavirus Ekonomija Lokali Parlament

Nuqqas ta’ qbil dwar dak li se jiġri fil-Parlament nhar it-Tnejn

Jidher li mhemm ebda qbil dwar dak li se jiġri fil-Parlament nhar it-Tnejn, meta l-Gvern se jipprezenta dak li qed isejjah mini-budget.

Minkejja li l-Oppozizzjoni talbet sabiex jitlaqqa’ l- Kumitat ghax-Xoghol tal-Kamra sabiex tigi mifthiemha il-procedura ta’ nhar it-Tnejn, jidher li il-Gvern naqas li jaccetta din it-talba. Il-proposta tal-Gvern kienet li nhar it-tnejn il-Parlament jitlaqqa’ fis-6pm b’diskors mill-Ministru tal-Finanzi , u immedjatament wara ssir ir-replika tal-Kap tal-Oppozizzjoni u finalment jaghlaq il-PM.

F’kummenti li ta fuq Net TV, il-whip tal-PN Robert Cutajar qal illi ghall-PN din il-procedura ma’ kinitx wahda accettabbli ghax il-prudenza titlob li l-Kap tal-Oppozizzjoni ghandu jinghata zmien sabiex wara li jkun ra d-dokument bil-mizuri mressqa ikun jista’ jwiegeb. Dan apparti li sitwazzjoni bhal din kellha tigi diskussa waqt laqgha tal-Kumitat tax-Xoghol tal-Kamra.

“Dwar dan in-nuqqas ta’ qbil jien infurmajt ukoll lill-Iskrivan tal-Kamra tant illi l-agenda ghal nhar it-Tnejn li giet ikkomunikata lill-membri Parlamentari tindika li l-Parlament ser jitlaqqa’ fil-hin normali tal-4pm”, qal Cutajar.

“Tajjeb jinghad li filwaqt li l-HBC ilu ma’ jiltaqa’ mill-20 ta’ April , l-Oppozizzjoni dejjem ikkoperat mal-Gvern dwar l-agenda u l-hidma Parlamentari tant li f’kaz bla precedent l-Oppozizzjoni ivvutat favur mozzjoni dwar money bill li tressaq mill-Gvern b’rabta mal-imxija tal-Covid 19.”

Robert Cutajar stqarr illi l-Oppozizzjoni tistenna aktar rispett u serjeta mill-Gvern lejn l-ghola istituzzjoni tal-pajjiz, il-Parlament.