Lokali

Raġel aggredit fl-Imsida – tfittxija għall-aggressuri

Raġel ta’ 29 sena mill-Eritrea residenti l-Imsida sofra ġrieħi gravi wara li kien aggredit minn żewġ irġiel mhux magħrufa bi strument bil-ponta.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10p.m. fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li r-raġel kien aggredit minn żewġ irġiel li l-identita’ tagħhom għad mhux magħrufa u ħarbu minn fuq il-post.

Tim mediku ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard, ir-raġel kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija għall-aggressuri