Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 63 sena residenti l-Gudja ittieħed l-Isptar Mater Dei isofri minn ġrieħi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-3.45p.m. fi Triq Dawret il-Gudja, Gudja.

Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Fgura u mutur tat-tip Hsun misjuq mill-vittma.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei permezza ta’ ambulanza fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.