Lokali Qorti

Rakkont fuq ġlieda tat-twerwir fuq sempliċi parkeġġ

Raġel li kien intbagħat il-ħabs wara li nstab ħati li ħasel il-mara bil-petrol u wara ħarqilha l-karozza  u li l-każ tiegħu  jerġa’  jinstema’ mill-ġdid minħabba teknikalità, wieġeb li mhux ħati għall-akkużi aġġornati.

Felice Delia, ta’ 54 sena, minn Wied il-Għajn kien ġie ikkundannat erba’ snin ħabs f’Diċembru li għadda, wara li ħasel mara u l-karozza tagħha bil-petrol, li qabbad il-karozza ħuġġieġa u spiċċa biex qeridha, u dan fuq argument dwar parkeġġ.

Delia kien appella fuq teknikalita  wara li fl-appell, l-Imħallef Aaron Bugeja kien reġġa’ l-każ lura fil-Qrati tal-Maġistrati biex jerġa ’jinstema’ quddiem Maġistrat differenti.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit semgħet lill-vittma u lill-membri tal-familja tagħha jixhdu t-terrur li esperjenzaw meta Delia l-ewwel ħasel il-karozza bil-petrol u mbagħad, flimkien maż-żewġ uliedu, ġrew wara l-mara u ħasluha bil- petrol u wara daħlu fid-dar ta ’missierha.

“Huwa hedded li jqabbadna ħajjin,” qal il-missier fil-qorti llum. Mistoqsi mill-avukata tal-parte civile Rachel Tua, huwa qal li l-akkużat ġieli qallu biex iċċaqlaq il-karozza u kien se jagħmel hekk, iżda li l-ispazju li quddiemha kienet ipparkjata l-karozza ma kinitx garaxx.

Il-mara  qalet li kienet qed taħsel il-platti wara l-ikla meta semgħet lil uliedha jgħajtu barra. Hija ġriet l-barra mid-dar u sabet lil Felice u uliedu jitfgħu l-petrol lejn il-karozza tagħha.

Hija qatt ma tkellmet mal-akkużat f’ħajjitha, qalet. “Ma kien hemm l-ebda relazzjoni”. “Hekk kif resaq ħdejja biex ngħidlu li kont se mmexxi l-karozza tiegħi, qabad karta bin-nar u waddabha lejn il-karozza mxarrba bil-petrol.” Qalet li hija ħarbet minn fuq il-post biż-żewġt irġiel jiġru warajha.

Wieħed minnhom laqatha fil-wiċċ darbtejn b’ponn tal-ħadid u, qalet. “Felice kien qed jgħidli, se naħaraqek ħajja, ser  naħaraqlek ħajja. ”

Kompliet tgħi li wieħed mit-tfal ta’ Delia kien qed jipprova jkisser il-bieb tad-dar. “Iffriżat. Ma stajtx niċċaqlaq bix-xokk sakemm ġar tiegħi qalli biex immur l-għassa tal-Pulizija u mort. ”

Qalet li l-karozza tagħha kienet spiċċuta. “Ma kelli l-ebda relazzjoni ma ‘din il-persuna, la tajjeb u lanqas ħażin. Naf li għandu ftit kmamar fejn iżomm il-klieb quddiem fejn ipparkjat jien. “

“Għandi paranojja issa. Jekk nies isegwuni, inħossni nervuża. Qed jaqbduni attakki ta’ paniku.” Bintha kienet iffilmjat l-inċident kollu fuq il-mowbajl tagħha mill-gallarija u qalet.

“Wieħed mill-ulied Felice kien qed jgħidilna biex niżlu u niġġieldu,”  Wara li ħadet in-nar il-karozza, huma kienu ġrew wara ommha, jitfgħu l-petrol fuqha u sawwtuha.

Ix-xhud qalet li kienet tefgħet l-ewwel ħaġa li ġiet għal idejha – it-telefon ċellulari tagħha fuq l-aggressur, u bi żball laqtet lill-ommha. “Ħsibt li kien se joqtolha … kien qed jhedded li joqtolna. Jiena waddabt qasrija lejh u ommi ħarbet.

L-ispettur Eman Hayman li qed imexxi l-Prosekuzzjni qal fil-Qorti li r-raġel u wliedu kienu ammettew il-ħtija minnufih u kkooperaw mal-pulizija. Il-pulizija u t-taqsimiet tal-RIU li waslu fuq il-post meta l-argument li kien għadu għaddej u kienu arrestawhom immedjatament.

Il-problemi bejn il-partijiet kienu magħrufa mill-pulizija, iżda r-rapporti tal-pulizija dwar it-tilwima tal-parkeġġ kienu qed jiżdiedu fil-frekwenza fil-ġimgħat qabel l-attakk, qal Hayman.

L-avukat ta’ Delia, Carmelo Mifsud Bonnici, talab il-ħelsien mill-arrest f’dan il-mument, u rrimarka li r-raġel kien diġà kustodjat għal sitt  xhur diġà u li x-xhieda kollha kienu jixhdu. Il-Qorti qalet li se tiddeċiedi dwar il-ħelsien mill-arrest matul is-seduta li jmiss, li se ssir il-Ħamis li ġej.