Futbol Sport

AĠĠORNATA: Steve Borg jissieħeb ma’ Gżira United

Id-difensur tat-tim nazzjonali Malti Steve Borg, ħalla lil Valletta u ssieħeb ma’ Gżira United. Dan ġie ikkonfermat fuq il-paġna uffiċjali ta’ Valletta. Fl-aħħar ġimgħat, il-futur ta’ Borg ma’ Valletta kien f’dubju, u kien fl-aħħar siegħat li jidher li intlaħaq ftehim dwar it-trasferiment bejn iż-żewġ klabbs.

Steve Borg li hu prodott ta’ Mosta, ilu ma’ Valletta sa mill-istaġun 2009/10 fejn stabbilixxa ruħu bħala leader fid-difiża ta’ Valletta. Fl-istaġun 2015/16 hu kellu wkoll esperjenza barra minn pajjiżna ma’ Aris Limassol. Ma’ Valletta Borg rebaħ għal bosta drabi, l-Kampjonat Premier, l-FA Trophy u s-Super Cup.