Lokali

Tkanta lill-infermieri wara 10 ġimgħat jgħixu f’residenza tal-anzjani

Kontestanta ta’ X-Factor aktar minn xahrejn tgħix ‘il bogħod mid-dar

Infermiera u eks-kontestanta ta’ X-Factor Malta ddedikat kanzunetta lill-kollegi tagħha wara li wara 10 ġimgħat issa jistgħu imorru lura lejn djarhom. Dan hekk kif tul l-aħħar xahrejn u aktar tal-pandemija, Chantal Catania kienet qed tgħix f’residenza tal-anzjani f’Bormla.

Chantal uriet il-passjoni tagħha lejn il-mużika Franċiża b’interpretazzjoni meraviljuża mir-repertorju ta’ Edith Piaf – b’numru kbir ta’ persuni online ifaħħru t-talent u l-qalb tajba li għandha.

Din l-attività saret ukoll fl-okkażjoni tal-74 sena mill-anniversarju tat-twaqqif ta’ Vassallo Group.