Futbol Sport

Tottenham jisselfu €195 miljun

Tottenham Hotspur issellfu €195 miljun wara li l-pandemija tal-coronavirus naqqset b’mod drastiku l-qliegħ finanzjarju tal-klabb. Huwa stmat, li Tottenham se jkunu qed jagħmlu telf ta’ €222 miljun sa Ġunju tal-2021 kawża ta’ telf min nuqqas ta’ partitarji minħabba l-coronavirus. Tottenham qalu li l-kumpanija Tottenham Hotspur Stadium Ltd laħqet il-kriterja tal-gvern għall-iskem tal-Covid Corporate Financing Facility biex jirċievu fondi biex ikunu jistgħu jħallsu s-self tagħhom mal-banek.

Iċ-Chairman ta’ Tottenham Hotspur, Daniel Levy qal li l-pandemija tal-coronavirus kienet l-akbar ostaklu li l-klabb qatt affaċċja f’dawn l-aħħar snin. Minbarra l-logħob ta’ Tottenham, l-istadium il-ġdid tagħhom li ġie jiswa’ ftit aktar minn biljun ewro, din is-sena kien se jospità partita tar-Rugby u l-ġlieda Boxing bejn Anthony Joshua u Kubrat Pulev.