Ambjent Lokali Saħħa Xjenza u Teknoloġija

Xogħol ta’ tħammil f’Santa Venera mwaqqaf minħabba periklu fuq binja ta’ 6 sulari biswit sit ta’ kostruzzjoni

Ritratti: Silvio Baldacchino
"Qed nistennew traġedja oħra imminenti" - Kenneth Zammit Tabona

Ritratt fuq il-mezzi soċjali ta’ xogħol ta’ tħammil u tħaffir f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Misraħ il-Barrieri f’Santa Venera ħoloq allarm u rabja kbira fost il-pubbliku minħabba s-sigurtà ta’ binja ta’ 6 sulari biswit is-sit.

Jidher li l-Pulizija taw ordni biex dan ix-xogħol jitwaqqaf sakemm issir evalwazzjoni tas-sigurtà mill-periti wara li bosta ġirien rrappurtaw mal-Pulizija kif it-tħammil li qed isir daħal taħt binja ġdida ta’ 6 sulari maġenb is-sit ta’ kostruzzjoni.

Kienu bosta dawk li waslu l-għadab tagħhom għal dan ix-xogħol u għal kif l-impjegati tal-iżviluppatur kif ukoll ir-residenti tal-binja inkwistjoni huma esposti għal daqshekk periklu evidenti.

Il-Viċi Chairman tat-Teatru Manoel, Kenneth Zammit Tabona, saħaq li qed nistennew traġedja oħra imminenti u staqsa lill-Gvern kemm-il ħajja lest jissagrifika fuq l-altar tar-regħba sakemm jimplimenta kontrolli xierqa li jistgħu jiġu infurzati.

https://www.facebook.com/598690404/posts/10163913068955405/