Coronavirus Ekonomija Kummerċ Lokali Saħħa

Bidu ta’ triq twila għan-negozji

Triq ir-Repubbika ftit ftit terġa’ tibda tieħu r-ruħ… min irritorna lura x-xogħol, min mar jagħmel qadja u min sempliciment mar jieħu belgħa kafe u jqatta’ ftit ħin mal-qraba tiegħu.

Dalgħodu …kien evidenti li żdiedu n-nies fil-Belt, fl-ewwel jum li fih reġgħu fetħu kważi n-negozji kollha. Sentiment komuni minn diversi sidien ta’ ħwienet kien li n-nies qed jerġgħu jidħlu l-Belt biex jagħmlu x-xiri tagħhom, Iżda biex wieħed jirritorna għan-normal… it-triq se tkun waħda twila.   

Il-fatt li mil-Ġimgħa kien permess li jerġgħu jiftħu ċ-changing rooms, u dan ħeġġeġ iktar lin-nies biex imorrru jixtru. Iżda xorta kien hemm numru ta’ ħwienet li għalissa ddeċidew li ma jiftħux ic-changing rooms tagħhom.

Il-Kamra tal-Kummerċ, għamlet żjara lis-sidien tal-ħwienet fil-Belt Valletta biex tisma’ t-tħassib u l-ideat tagħhom dwar it-triq ‘il quddiem u l-importanza li tiżdied il-kunfidenza tal-konsumatur.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerc, David Xuereb saħaq fuq l-importanza li s-serjeta tibqa’ hemm u n-nies jibqgħu kawti. Il-Kamra tal-Kummerċ għamlet diversi porposti lill-Gvern fosthom li tingħata għajnuna lil dawn l-istabilimenti specjalment fuq il-kirjiet, posposti biex il-konsum jibqa’ jikber u jiġu mgħejjuna biex jagħmlu business plans. Huwa biss permezz ta’ dan ikollu li jkollna settur tan-negozju li jkun qed jiġġedded b’mod kostanti u jkun attirat investiment ġdid minn barra l-pajjiż.

Intant, f’aġġornament tal-linji gwida għall-parrukkiera u l-barbiera…issa qed titħalla titqaxxar id-daqna tal-irġiel, sakemm l-appuntament ma jdumx aktar minn kwarta.

Il-beauticians għadhom ma jistgħux joffru trattamenti ta’ sbuħija li jużaw il-fwar u lanqas joffru servizz ta’ estensjonijiet tax-xagħar tal-għajnejn. Jistgħu madankollu jagħmlu ‘facials’ sakemm ikun hemm perspex bejn il-klijenti u min qed jagħti s-servizz.

Il-ħwienet tax-xagħar u tas-sbuħija ma jistax ikollhom aktar minn persuna waħda kull erba’ metri kwadri.