Futbol Sport

Borussia Mönchengladbach megħluba b’gowl ta’ Petersen

(Ritratt: EPA)

Gowl tas-sostitut Nils Petersen ta rebħa importanti lil Freiburg filwaqt li tappan it-tamiet ta’ Borussia Mönchengladbach li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-klassifika. Wara li Mönchengladbach fallew diversi okkażjonijiet fl-ewwel taqsima, Petersen skorja wara 67 sekonda li kien ilu fil-pitch b’daqqa ta’ ras wara free-kick mil-lemin.

Għalkemm kien għad fadal nofs siegħa biex isalvaw ir-riżultat, Mönchengladbach kellhom ikomplu l-logħba b’raġel anqas wara li Alassane Plea ġie muri t-tieni karta safra. Id-Direttur Sportiv tal-klabb Max Everl ukoll tkeċċa wara rimarki li għadda lejn ir-referee. Freiburg kellhom okkażjonijiet biex ikabbru l-vantaġġ iżda l-importanti għalihom kienet l-ewwel rebħa minn kemm ilu li rritorna l-Bundesliga.

Bundesliga

Illum: Freiburg v Borussia Mönchengladbach 1-0

Għada: Bayer Leverkusen v Bayern Munich 3.30pm, Eintracht Frankfurt v Mainz 3.30pm, Fortuna Düsseldorf v Hoffenheim 3.30pm, Leipzig v Paderborn 3.30pm, Borussia Dortmund v Hertha Berlin 6.30pm

Il-Ħadd: Werder Bremen v Wolfsburg 1.30pm, Union Berlin v Schalke 3.30pm, Augsburg v Köln 6.00pm