L-organizzaturi tal-Grand Prix tal-Ungerija laħqu ftehim biex iżidu l-kuntratt mal-Formula 1 b’sena, sal-2027. Dan qed isir biex jikkumpensaw il-fatt li din is-sena t-tellieqa se ssir mingħajr spettaturi minħabba l-pandemija. Il-Kap Eżekuttiv taċ-ċirkwit ta’ Hungaroring Zsot Gyulay qal li kien hemm diskussjonijiet ma’ Liberty Media dwar kumpens minħabba n-nuqqas ta’ bejgħ ta’ biljetti. Gyulay qal ż-żieda annwali tal-pagament tad-drittijiet ukoll tnaqqsu.
Minħabba li din is-sena ġiet ikkanċellata il-Grand Prix ta’ Monaco, il-Grand Prix tal-Ungerija se tkun it-tieni l-aktar tellieqa wara dik tal-Italja li saret b’mod konsekuttiv mit-tlielaq ta’ bħalissa. Il-Grand Prix tal-Ungerija se tkun it-tielet tellieqa fil-kalendarju l-ġdid tal-Formula 1 għal dan l-istaġun, wara ż-żewġ tlielaq konsekuttivi fl-Awstrija. Il-Grand Prix tal-Ungerija ilha ssir fil-Formula 1 mill-1986.
//= $special ?>