L-avveniment tat-Tour Champions se jsir fil-Marshall Arena f’Milton Keynes bejn l-20 ta’ Ġunju u s-26 ta’ Ġunju. L-avveniment ta’ qabel il-Kampjonat tad-Dinja kien skedat oriġinarjament bejn is-17 u t-22 ta’ Marzu qabel ġie pospost għal bejn il-21 u s-26 ta’ Lulju.
Il-ħames darbiet champion tad-dinja Ronnie O’Sullivan rebaħ l-aħħar ranking tournament proprju bir-rebħ tat-Tour Championship f’Marzu tas-sena l-oħra. Ir-rebbieħ tat-tournament jieħu miegħu 150,000 lira sterlina.
Is-sena l-oħra l-kwarti tal-finali kienu milgħuba fuq 17-il frame, is-semifinali fuq 19-il frame u l-finali ntlagħbet fuq l-aqwa minn 25 frame. Wieħed mill-aktar konfronti mistennija hu dak bejn Judd Trump u John Higgins f’ripetizzjoni tal-finali tal-Kampjonat tad-Dinja tas-sena l-oħra.
//= $special ?>