L-Air Malta ħadet id-deċiżjoni li tissensja nofs il-piloti wara li l-ALPA talbet €73 miljun għall-skema tal-irtirar.
Il-linja Nazzjonali tal-ajru Airmalta għamlet bosta laqgħat twal mal-Unjin tal-Piloti (ALPA) sabiex tissalvagwardja s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tagħha.
Madanakollu, wara li l-unjin tal-piloti nsistiet fuq skema ta’ rtirar kmieni ta’ €73 miljun, medja ta’ €700,000 għal kull pilota, il-linja tal-ajru ma kellha ebda għażla oħra ħlief li tipproċedi bis-sensji ta’ 69 mill-piloti tagħha.
Mhux magħruf eżatt x’inhi l-pożizzjoni tal-ALPA wara dawn it tkeċċijiet. Lanqas ma hu magħruf kif se tkun qed topera l-linja Nazzjonali tal-ajru issa li spiċċat bla piloti.