Internazzjonali Kultura Lokali

“Ma nistax nieħu nifs” – Ben Miller

It-talent Malti, Ben Camilleri, magħruf bħala Ben Miller, ħareġ kanzunetta b’messaġġ qawwi dwar dak li qed jiġri bħalissa fl-Istati Uniti.

Il-lirika u l-filmati jitkellmu u juru l-kriżi li tinsab fiha bħalissa l-Istati Uniti meta l-mewt tal-Afro-Amerikan George Floyd ġabet magħha demostrazzjonijiet u irvellijiet.

Filmati fuq is-social media juru kif miet George Floyd, ftit wara li kien arrestat fejn ħa l-aħħar nifs ta’ ħajtu taħt l-irkoppa ta’ uffiċjal tal-pulizija li mistenni jitressaq il-qorti t-Tnejn li ġej.

Fil-kanzunetta tiegħu, Ben Miller jitkellem fid-dettal dwar dan kollu u fil-link tista’ ssegwi din il-kanzunetta li ħarġet illum, inċidentalment fil-ġurnata t’għeluq snin Ben Miller.