“Neħħu l-irkoppa minn fuq għonqna” – Dan kien il-messaġġ b’saħħtu li ħareġ f’diskors dwar hekk imsejjħa “pandemija ta’ razziżmu” meta George Floyd, l-Afro-Amerikan li allegatament nqatel minn pulizija f’Minneopilis, ingħata l-aħħar tislima.
Dan il-messaġġ kien qed jiddekrivi s-sitwazzjoni globali f’dak li għandu x’jaqsam razziżmu hekk kif kien deskritt li dan jidħol fl-edukazzjoni, fuq il-post tax-xogħol u f’kollox – Sar appell qawwi biex dan jieqaf u kulħadd jiġi trattat bl-istess mod.
Il-mijiet li nġabbru biex isellmu l-memorja ta’ Floyd baqgħu fis-skiet għal tmien minuti, 46 sekonda – l-istess ħin li Floyd kien allegat li dam fuq il-post taħt il-kontroll tal-pulizija qabel ħalla din id-dinja.
Oħt George, Philonise Floyd, iddeskriviet kif il-familja kienet waħda fqira. Meta hi u George kienu tfal, kienu jaħslu ħwejjeġhom fis-sink u jnixfuhom fil-forn.
Il-qtil ta’ Geroge Floyd, kien l-aħbar prinċipali madwar id-dinja hekk kif il-Coronavirus battiet xi ftit. Il-qtil deher fuq filmat li ħafna kitbu fuqu fuq il-media soċjali fl-aħħar jiem. Dan il-qtil qajjem demostrazzjonijiet kbar madwar l-Istati Uniti.
Intant, tliet uffiċjali tal-pulizija akkużati b’involviment fil-qtil ta’ Floyd dehru għall-ewwel darba fil-qorti. Il-ħelsien mill-arrest tagħhom kien stabbilit fuq somma ta’ $1m. Dawn l-uffiċjali kienu preżenti waqt il-qtil iżda ma kienux huma li żammew lil Floyd malart.
Derek Chauvin, l-uffiċjal li kellu irkuptejh fuq għonq Floyd għandu jidher il-qorti nhar it-Tnejn.
Il-maġġoranza l-kbira tad-dimostrazzjonijiet matul dawn l-aħħar tmint ijiem kienu paċifiċi, imma wħud minnhom kienu ferm vjolenti.
//= $special ?>