Coronavirus Lokali Transport

Preparazzjonijiet mill-Virtu Ferries jinsabu fl-aqwa tagħhom għall-1 ta’ Lulju

Il-preparazzjonijiet minn naħa tal-kumpanija Virtu Ferries jinsabu fl-aqwa tagħhom hekk kif is-servizz tagħhom se jerġa’ jibda fl-1 ta’ Lulju wara tnaqqis fir-restrizzjonijiet minħabba il-pandemija tal-COVID-19.

Il-kumpanija Virtu Ferries qalet li tixtieq tirringrazzja pubblikament lil Dr John Mizzi f’isem -Awtoritajiet tas-Saħħa tal-Port talli pprovdew taħriġ lill-membri tal-kumpanija li jaħdmu abbord u ħaddiema tat-Terminal tal-Kumpanija, biex tillimita t-tixrid tal-virus COVID-19.

Il-kumpanija stabbilixxiet protokoll rigoruż ta’ distanza soċjali li jara li l-kapaċità tal-ġarr tal-passiġġieri tal-bastiment jonqos drastikament L-M/V San Ġwann Pawlu II għandu 1,100 siġġu, inklużi 110 sedili fil-beraħ kemm fuq il-Main Deck kif ukoll fuq il-Bridge Deck.

Id-distanza soċjali se tinżamm matul id-90 minuta tal-vjaġġ, biss il-passiġġieri mill-istess familja jistgħu jokkupaw siġġijiet li jmissu magħhom. Id-distanza soċjali hija wkoll infurzata waqt l-imbark u l-iżbark; l-użu tat-Terminal huwa strettament limitat għall-passiġġieri u ħaddiema tal-Virtu Ferries.

Bħala prekawzjoni miżjuda, iċ-ċittadini anzjani u l-persuni li issa huma klassifikati bħala vulnerabbli huma mitluba jinfurmaw lill-Purser (uffiċjal responsabbli) jew lil xi membru tal-ekwipaġġ tal-kabina sabiex jingħataw arranġamenti xierqa għall-postijiet bilqiegħda.