Futbol Sport

Borussia Dortmund iżommu l-pass ma’ Bayern Munich

(Ritratt: EPA)

Borussia Dortmund komplew iżommu l-pressjoni fuq Bayern Munich minkejja li t-tim minn Munich jinsab seba’ punti vantaġġ, meta għelbu lil Hertha Berlin 1-0. F’partita nieqsa mill-azzjonijiet, fil-21 minuta Thorgan Hazard resaq viċin meta min pożizzjoni tajba xeħet barra. Dortmund fetħu l-iskor fil-58 minuta meta EMRE CAN b’xutt fil-baxx għeleb lil Jarstein wara azzjoni tajba bejn Sancho u Brandt. Fit-83 minuta Dortmund appellaw għall-penalty meta x-xutt ta’ Can ħabat ma’ id Boyata bil-VAR tiddeċiedi fin-negattiv.