Lokali

B’urġenza l-Avukat Ġenerali għandu jitlob li Ali Sadr jiġi estradit lejn Malta

Stqarrija tal-għaqda Repubblika

L-għaqda Repubblika fi stqarrija esprimiet d-diżappunt tagħha li l-prosekutur tal-Istati Uniti qed jitlob li jitwaqqa’ l-każ kontra Ali Sadr Hashemi Nejad fuq teknikalità wara li dan instab ħati minn ġurija f’Marzu li għadda.

Ir-reati li nstab ħati dwarhom fi New York seħħew qabel Ali Sadr kien liċenzjat biex jiftaħ Pilatus Bank f’Malta, saħqet Repubblika.

Huma qalu li l-aġenziji tal-istat Malti u l-Bank Ċentrali Ewropew ikkonfermaw dak li rrappurtat Daphne Caruana Galizia: li Pilatus Bank kien magna tal-ħasil tal-flus u kenn għall-korruzzjoni.

L-istqarrija kompliet tgħid li Pilatus Bank intuża minn qraba ta’ dittaturi brutali biex jinħaslu l-flus li serqu minn pajjiżhom. Minħabba f’dan u b’urġenza l-Avukat Ġenerali ta’ Malta għandu jitlob li Ali Sadr Hashemi Nejad jiġi estradit lejn Malta biex iwieġeb t’egħmilu u tal-ksur tal-liġijiet Maltin li ħammrulna wiċċna maddinja.

Dan għandu jagħmlu qabel Ali Sadr jiġi liberat fl-Istati Uniti u jitħalla jaħrab mill-ġustizzja. Repubblika tappella lill-Avukat Ġenerali jaġixxi b’urġenza minħabba l-importanza ta’ dan il-każ, temmet tgħid l-istqarrija ta’ Repubblika.