Coronavirus Sport Sport Ieħor

Djokovic jiddeskrivi l-kundizzjonijiet tal-Open tal-Istati Uniti bħala impossibbli

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru wieħed fid-dinja Novak Djokovic iddeskriva l-kundizzjonijiet tal-US Open bħala diffiċli u estremi jekk dan jintlagħab minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Dan il-Grand Slam mistenni jibda fil-31 ta’ Awwissu iżda minħabba li l-belt ta’ New York hija waħda mill-agħar ibliet milquta mill-coronavirus hemm dubji dwar jekk dan it-tournament għandux isir. Djokovic qabel mas-sentiment ta’ Rafael Nadal fejn nhar il-Ħamis esprima d-dubji tiegħu dwar jekk dan l-Open għandux isir jew le.

It-tliet darbiet rebbieħ tal-US Open kompla jgħid li se tkun sitwazzjoni diffiċli ferm għall-organizzaturi biex iżommu l-indafa meħtieġa. Is-Serb żied jgħid li hu kkomunika ma’ bosta organizzaturi tat-tournaments tat-tennis fejn urew ix-xewqa li jirritornaw għal-logħob fi żmien xahrejn oħra. Is-Serb ta’ 33 sena rebaħ 79 titlu matul il-karriera tiegħu fosthom tliet darbiet l-US Open, fl-2011, 2015 u l-2018.