Lokali Parlament

Id-dibattitu Parlamentari se jsir l-Erbgħa

Il-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista ikkonferma ma’ dan l-istazzjon illi d-dibattitu dwar il-mini-Budget se jkun qed isir nhar l-Erbgħa li ġej. Dan wara li t-Tnejn jiġi preżentat dan il-pakkett finanzjarju; liema preżentazzjoni se ssir it-Tnejn.

Jidher illi dan l-iżblokk seħħ is-Sibt filgħodu. Il-proposta oriġinali tal-Gvern kienet li nhar it-Tnejn isir diskors mill-Ministru tal-Finanzi, u immedjatament wara ssir ir-replika tal-Kap tal-PN u finalment jagħlaq il-Prim Ministru.

F’kummenti li għadda lil Net News, il-whip tal-PN Robert Cutajar qal illi għall-PN din il-proċedura ma’ kinitx waħda aċċettabbli għax il-prudenza titlob li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jingħata żmien sabiex wara li jkun ra d-dokument bil-miżuri mressqa ikun jista’ jwieġeb – kif wara kollox jiġri f’kull Budget.

Effettivament, issa li se jiġri hu li l-Gvern jippreżenta dan il-mini-budget it-Tnejn, barra l-Parlament imbgħad id-diskussjoni Parlamentari ssir l-Erbgħa.

Il-qbil bejn Gvern u Oppozizzjoni se jigi ifformalizzat it-Tnejn fit-3pm waqt il-laqgħa tal-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra.