Il-Kamra tal-Periti qed tipproponi tibdil radikali fi-regoli u l-istandards fil-bini u l-kostruzzjoni.
F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-binja tal-Kamra tal-Kummerċ fil-Belt Valletta, il-Kamra tal-Periti ppreżentat dokument iddettaljat li fih elenkat l-aktar 10 prinċipji importanti li qed tisħaq dwarhom.
Fost dawn il-prinċipji hemm il-proposta għal separazzjoni fil-proċess tal-permessi għall-ippjanar minn dawk tal-bini.
Il-periti qed jitolbu wkoll proċessi aktar organizzati u ddisinjati biex jipprommwovu s-sigurta tal-pubbliku fl-interess tal-konsumatur u mhux proċessi li huma intiżi biex jitfgħu il-ħtija fuq xi parti jew oħra f’każ ta’ inċident.
Distinzjoni ċara bejn regolamentazzjoni tal-bini u dawk li jirregolamentaw xogħlijiet temporanji hija wkoll meħtiega.
Il-Kamra qed titlob ukoll li l-Aġenzija tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA tassumi rwol li tanalizza binjiet, tiskrutinja awtorizzazzjoniet għall-bini, twettaq infurzar u monitoraġġ ta’ proċessi ta’ kostruzzjoni flimkien mat-22 entita pubblika oħra.
Tul il-konferenza, l-Periti talbu wkoll li proġetti kbar u binjiet pubbliċi ikunu suġġetti għal skrutinju indipendenti, u li l-kuntratturi jinżammu responsabbli tal-proċess tal-kostruzzjoni sħiħ. Dawn il-kuntratturi għandhom ikollhom il-ħiliet speċifiċi u għandhom ikunu kklassifikati u lliċenzjati skont l-istess il-ħiliet.
Il-Kamra tal-Periti qed tissuġġerixxi wkoll li l-infurzar tar-regolamentazzjoni fil-kostruzzjoni issir minn uffiċjali privati, u li dawn li ikunu lliċenzjat mill-BCA.
Il-kuntratturi jridu jagħtu ċertifikat li juri li x-xogħlijiiet li saru jaqblu mad-disinn oriġinali, u kif titlesta l-fażi tal-kostruzzjoni, il-BCA ikun responsabbli mill-ħruġ ta’ ċertifikat li jikkonferma li l-binja tista’ tibda tintuża, u wara li tibda tintuża għandhom isiru audits kif mitluba mill-BCA biex ikun żġurat li l-istruttura baqgħet iżżomm mar-regoli.
//= $special ?>