Żebbuġi ta’ 34 sena jinsab rikoverat l-isptar Mater Dei wara li kellu inċident bil-mutur fi Triq il-Kosta, in-Naxxar, il-lejl li għadda. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.40pm.
Il-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar marru immedjatament fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni, r-raġel li għandu 34 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, laqat il-bankina u waqa’, bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi.
Jidher li l-mutur tat-tip Yamaha MTM850 kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn San Ġiljan meta seħħ l-inċident.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>