Lokali

Isofri ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq żiemel

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 31 sena sofra ġrieħi serji meta waqa’ minn fuq żiemel is-Sibt waranofsinhar.

L-inċident seħħ fi Sqaq Ħabel Zwejra, in-Naxxar u l-Pulizija marru fil-post hekk kif ġiet infurmata li kien hemm persuna feruta.

Tim mediku assista lir-raġel fil-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għal iżjed kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin