Coronavirus Lokali

Jinżlu għal 22 il-każi attivi ta’ Covid-19 f’Malta

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ħarġu żewġ każi ġodda ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ 13-il persuna.

Il-każi ġodda ta’ Coronavirus ħarġu minn fost 877 test.

Dan ifisser li s’issa f’pajjiżna kellna 627 każ mis-7 ta’ Marzu l’hawn filwaqt li minnhom fiequ 596.

Is-6 ta’ Ġunju fissret il-bidu tal-14-il ġimgħa ta’ din il-pandemija f’pajjiżna u l-istatistika turi li n-numri attivi issa huma 9 inqas mill-ewwel ġimgħa tal-Coronavirus f’Malta u f’Għawdex. Dan hekk kif bejn is-7 u t-13 ta’ Marzu f’pajjiżna rajna total ta’ 13-il każ.

L-aħjar ġimgħa fis-sens ta’ numri ta’ każi pożittivi kienet il-ġimgħa li għaddiet fejn pajjiżna irreġistra 9 każi ta’ COVID-19.