Futbol Sport

Luiz Suarez mistenni jirritorna għal-logħob

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Urugwajan ta’ Barcelona Luiz Suarez mistenni jkun disponibbli għat-tim ta’Quique Setién wara erba’ xhur nieqes mill-azzjoni b’injury f’irkopptu. Dan kien ikkonfermat minn Barcelona wara li l-plejer ta’33 sena ġie kkonfermat tajjeb għal-logħob mill-istaff mediku.

Suarez ilu nieqes mill-azzjoni mid-9 ta’ Jannar fejn kien lagħab fit-telfa ta’ 3-2 li Barcelona sofrew kontra Atletico Madrid fis-semifinali tas-Super Cup Spanjola. L-Urugwajan kien ġie operat f’irkopptejh il-leminija fit-12 ta’ Jannar u rritorna għat-taħriġ meta bdew jiġu illaxkati xi miżuri mill-Gvern Spanjol b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus.

Dan l-istaġun, Suarez skorja 14 –il gowl fi 23 partita u se jkun disponibbli għall-partita kontra Real Mallorca nhar is-Sibt. Barcelona jinsabu fil-quċċata tal-La Liga b’58 punt żewġ punti fuq ir-rivali Real Madrid li jinsabu fit-tieni post.