Lokali

FILMAT: Mal-400 immigrant jiddaħħlu Malta

Tard is-Sibt bil-lejl, tniżżlu l-aħħar ftit immigranti li kienu abbord il-vapur Europa II. Hu mifhum li abbord dan il-vapur biss kien hemm mal-160 immigrant, flimkien ma’ 10 membri tal-ekwipaġġ u 20 membru tas-sigurtà.

Minn informazzjoni li għandu Net News, dawn l-immigranti se jkunu qed jittieħdu b’mod immedjat fil-barrackts ta’ Ħal Safi.

Il-bqija tal-immigranti l-oħra li jinsabu fuq tlett bastimenti differenti mistennija jitniżżlu Malta wkoll aktar tard matul il-lejl mal-wasla tagħhom minn Hurd’s Bank fejn kienu ankrati dal-aħħar ġimgħat.

X’Ġara aktar kmieni llejla

Ftit qabel id-9.00pm tal-lejla, il-Gvern, permezz ta’ stqarrija qal li wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, iddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-madwar 425 immigrant li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret diffiċli ħafna u qamet kommossjoni.  

Il-Gvern Malti ikkonferma wkoll li għad m’hemm ebda pjan dwar x’se jiġri. Fil-fatt, intqal illi għadu għaddej b’negozjati għar-rilokazzjoni, u fil-verità ma hemm xejn konkret.

Ġurnata movimentata għall-Europa II

Aktar kmieni dalgħodu, is-sorsi ta’ Net News kienu ndikaw illi possibilment, l-immigranti abbord il-vapur Europa II kienu ħadu l-kontroll. Għalkemm rapporti kunflinġenti aktar tard qalu li dan ma kienx minnu.

L-Europa II daħlet qrib ħafna tal-kosta ta’ Delimara tard is-Sibt filgħodu biex aktar tard qabdet rotta għal kollox differenti u bdiet tiela mal kosta tal-lvant ta’ Malta biex qabżet iż-żona ta’ Pembroke, meta f’daqqa waħda, l-bastiment reġa’ dawwar ir-rotta l-isfel.

Sa dak il-ħin Net News kien qed jirċievi rapporti differenti dwar dak li kien qed jiġri abbord, fosthom li l-immigranti kien irnexxielhom jieħdu l-kontrol tal-bastiment u li kienu armati b’xi skieken. Dawn ir-rapporti ma setgħux jiġu kkonfermati.

L-immigranti kienu ilhom ġimgħat sħaħ bejn sema u ilma, abbord vapuri li tagħhom bħala pajjiż qed inħallsu l-prezz ta’ €3,000 kuljum.

paperwriter.org
Il-vapur ‘il barra minn Pembroke