Basketball Sport

Michael Jordan joffri €88 miljun għall-ġlieda kontra r-razziżmu

(Ritratt: EPA)

Il-leġġenda tal-basketball Michael Jordan flimkien mal-kumpanija tiegħu se joffru s-somma ta’ €88 miljun fuq medda ta’ 10 snin għall-organizzazzjonijiet li jiġġieldu r-razzismu.

Din l-inizjattiva saret wara li fl-aħħar ġimgħat f’bosta ibliet madwar id-dinja b’mod speċjali fl-Istati Uniti qed isiru bosta protesti b’rabta mar-razzismu wara l-qtil ta’ George Floyd, li miet wara li allegatament pulizija baqa’ jagħfas b’irkupptejh fuq għonq Floyd f’Minneapolis. Michael Jordan li huwa rebbieħ ta’ sitt kampjonati NBA u li huwa s-sid ta’ Charlotte Hornets, fuq il-midja soċjali kiteb li jinsab muġugħ u rrabjat għal dak li ġara b’rabta mal-qtil ta’ Floyd.