Lokali

In-nies ta’ B’Bugia jilmentaw dwar ħsejjes ġejjin minn vapuri

Ritratt: Arkivji

“Lanqas tista’ torqod bil-lejl”

“Dan il-ħoss iġennek. Il-ħin kollu trid toqgħod tisimgħu.”

Dawn kienu wħud mill-ilmenti ta’ diversi residenti f’Birżebbuġa li qed iqattgħu lejl u nhar bi ħsejjes qawwija ġejjin mill-Port Ħieles, x’aktarx minħabba ħsara f’ġenerator.

Persuni li kkuntatjaw lil persuna li bħalissa qed tieħu ħsieb il-port, għal bidu ċaħad li hemm xi ħoss, minkejja li r-residenti kollha kienu qed jisimawh.

Iktar tard, hu ċempillu lura u avżah li x’aktarx il-ħoss ġej minn ġenerator li għandu xi ħsara. Madanakollu, jidher li l-vapur mhux propjetà tal-port u b’hekk ma jista’ jsir xejn biex ir-residenti jqattgħu l-kumplament ta’ tmiem il-ġimgħa fil-paċi.