Lokali

“Familja waħda li tħobb u temmen f’dak li qed tagħmel” – Adrian Delia

“Il-ħaddiema tal-media tal-Partit Nazzjonalista għandhom imħabba kbira għall-istazzjon… familja waħda li tħobb u temmen f’dak li qed tagħmel.”

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt l-edizzjoni speċjali ta’ NET Live, li saret  matul il-Jum tal-Ħadd fuq Net Television bit-tema “Għinna nsaħħu l-vuċi tiegħek”.

Adrian Delia tkellem ukoll fuq il-clusters li nieda l-Partit Nazzjonalista ftit tal-ġranet ilu. Huwa stqarr li permezz ta’ dawn l-erbatax-il pilastru, il-politika tal-Partit Nazzjonalista se tkun iffukata iktar fuq il-bniedem.

Il-kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar statistika ufficjali maħruġa mill-NSO li turi li kważi 11-il elf persuna tinsab bla xogħol, fejn iżda il-Gvern għażel li jsemmi biss 3,000 u jinsa s-7,000 l-oħra.

Rigward l-immigrazzjoni, Adrian Delia stqarr kif il-Partit Nazzjonalista jixtieq li jaħdem id f’id mal-Gvern minħabba li din l-isfida qiegħdha dejjem tikber u pajjiżna mhux se jibqa’ jiflaħ għal din ir-responsabbiltà.