Lokali

“Ir-rilokazzjoni mhix soluzzjoni” – Robert Abela

Jien dejjem emmint li r-rilokazzjoni mhix is-soluzzjoni għall-problema tal-immigrazzjoni irregolari.

Dikjarazzjoni ċara daqs il-kristall mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt intervista fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Laburista.

Fuq kollox, konferma minn fommu stess ta’ kemm mhux kapaċi jikkonvinċi lill-kollegi tiegħu – il-Prim Ministri Ewropej – fil-fora fejn ikun qed jirrappreżenta lil pajjiżna.

Dwar l-425 immigrant li ddaħħlu f’pajjiżna matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, il-Prim Ministru qal li dawn ħolqu kommossjoni u anke bdew jheddu lill-ħaddiema abbord. Fuq kollox, u minkejja li aċċetta li dawn jiddaħħlu f’pajjiżna, kellu jammetti li għadu ma jafx x’se jagħmel bihom.

Mistoqsi dwar is-suppost Mini-Budget li se jkun qed jippreżenta t-Tnejn f’konferenza tal-ahbarijiet, il-Prim Ministru qal li se jkun qed jippreżenta pakkett b’saħħtu.

Ghalhekk, wiehed qed jistenna li ghada jithabbar rohs fil kontijiet tad dawl u l ilma, tnaqqis fit taxxi, tnaqqis fil VAT, incentivi fiskali ghan-negozji Ghawdxin u finanzi li bihom tkun estiza l ghajnuna tat 800 ewro ghas setturi li l aktar intlaqtu…u ghadhom milquta…. bid daqqa tal pandemija.

Il-Mexxej Laburista kien mistoqsi wkoll dwar is-sitwazzjoni preżenti fl-Air Malta, li wassalet biex il-linja nazzjonali tal-ajru tkeċċi 69 bdot.

Iżda minflok ma ta x’jifhem li għandu soluzzjonijiet fattibbli biex jgħin lill-ħaddiema, bħala Prim Ministru, hu dawwar il-kanuni kollha lejn l-Assoċjazzjoni tal-Piloti (ALPA), f’attakk bla preċedent kontra waħda mill-unions ta’ pajjiżna.

Dan filwaqt li – kontra kull etika – zvela il-paga li normalment jieħu pilota, flimkien ma’ benefiċċji oħrajn li dawn igawdu minnhom grazzi għall-ftehim kollettiv li għandhom.

Barra minhekk, hu tefa’ r-reponsabbiltà fuq l-istess ALPA meta tenna li t-tkeċċijiet li saru mhux se jitreġġgħu lura jekk l-Assoċjazzjoni tal-Piloti ma toħroġx bi proposti hi.