Lokali

“Jum ġdid. Skandlu ġdid”

Fi stqarrija, l-għaqda tas-soċjetà ċivili Repubblika qalet illi l-Prim Ministru huwa obbligat li jwaqqaf il-kuntratt ta’ persuna ta’ fiduċja mogħti lill-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar wara l-iskandlu ppublikat mis-Sunday Times dalgħodu.

Repubblika innotat li dan ir-recording kien mikxuf mill-Europol. Filwaqt li aħna nqisu li l-Maltin huma kapaċi jinvestigaw, aħna nemmnu li l-Korp tal-Pulizija tant gie mnawwar minn Joseph Muscat u sħabu lil llum mhux f’qagħda li jinvestiga l-ħmieġ kbir li qed ngħumu fih.

Innutaw li f’intervista publikata mill-LovinMalta, Pulizija ddikajaraw li waqt l-eqqel tal-krizi politika f’Diċembru li għadda, l-Aġent Kummissarju Carmelo Magri ħeġġeġ lill-Pulizja biex iżommu sod mal-Partit Laburista, il-partit li hu tant iħobb.

“Għalhekk insostnu li l-Gvern Malti u l-Avukat Ġenerali għandhom jilqgħu t-talba għall-investigazzjoni konġunta bejn il-Pulizija Maltija u l-Europol dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-korruzzjoni marbuta magħha”.

Hemm bżonn li Robert Abela jifhem li huwa Prim Ministru tal-Maltin kollha, qabel ma huwa Kap tal-Partit Laburista jew difensur ta’ Joseph Muscat u sħabu l-korrotti. Hemm bżonn li Robert Abela jaffaċċja l-istrutturi korrotti u mnawra li bena Joseph Muscat u sħabu l-korrotti. Jekk se jibqa’ għaddej daqs li kieku ma ġara xejn, Robert Abela se jsir kompliċi filkorruzzjoni u l-ħmieġ li sawru Joseph Muscat u sħabu l-korrotti.