Lokali

Ktejjeb ta’ bijografiji li ħallew patrimonju lil pajjiżna

Ktejjeb ġdid bl-isem ta’ ‘A legacy of Church Builders’ ġie ppublikat mill-awtur Victor Sammut li jinkludi bijografiji ta’ tliet persuni li ħallew patrimonju ta’ bini ta’ diversi knejjes f’pajjiżna.

Antonio, Karm u Joseph Sammut kienu dawk li ħallew l-impronta tagħhom fil-parroċċi tal-Belt Valletta, Gżira, L-Isla, Birkirkara, Ghajn Dwieli, u Raħal Ġdid. Barra dawn jissemmew ukoll il-Knisja Parrokjali ta’ San Ġużepp, u l-Knisja tal-Ursolini fl-Imsida, Santa Luċija, u l-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara.

Antonio Sammut beda jaħdem fil-bini tal-knejjes meta  bena l-frontispizju  u l-portiku  tal-knisja tal-Imsida fis-6 ta’ Marzu 1911 u li fil-Gżira Antonio bena ringiela ta’ djar għall-familji Maltin. Wara l-miraklu tal-Madonna tal-Ġebla tal-10 ta’ Lulju 1902 Antonio ħalef li ried jibni l-Knisja lil-Madonna tal-Karmnu li kien tant devot tagħha u xtara l-art fejn illum hemm il-Knisja parrokkjali tal-Gżira.

Ritratt: Antonio Sammut

Karm Sammut, in-neputi ta’ Antonio, telaq lill-zijuh u bena s-Santwarju Marjan tal-Madonna tal-Ħerba konsidrat ġojjell fl-arkittettura Maltija.

Ritratt: Karm Sammut

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, Joseph Sammut mar jirrestawra l-kampnar tal-prokatidral Anglikan ta’ SanPawl;  il-portiku ul-kappella tal-Ġermanja tal-KonKatidral ta’ San Ġwann; bena u irrestawra l-kampnar ta’ Santu Wistin u bena l-Knisja ta’ San Nikola magħrufa bħala tal-Erwieħ kollha ġol-Belt Valletta.

Ritratt: Joseph Sammut

Dan u iktar dwar dawn it-tlieta persuni jinsabu fil-ktejjeb, fosthom introduzzjoni tal-bijografija miktuba mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.

Il-qliegħ kollu ta’ dan il-ktieb se jkun qed imur għall-Missjonijiet Maltin u għad-Dar tal-Providenza.