Lokali

“Ma saret ebda konsultazzjoni” – Josef Vella

Qabel il-mini budget li mistenni jitħabbar it-Tnejn, ma saret ebda konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u ħadd ma jaf x’se jkun qed jitħabbar mill-Gvern.

Sostna dan il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers, Josef Vella meta kien qed jiġi intervistat minn Robert Cremona waqt il-programm Net Live.

Josef Vella qal li kulħadd għadu fl-għama dwar dak li mistenni jkun imħabbar filwaqt li saħaq li l-kunsultazzjonu missha saret matul din il-gimgħa bħalma jsir f’kull Budget li jitressaq.

Vella kkonferma wkoll li ma serat ebda konsultazzjoni dwar il-fatt li mill-Ġimgħa n-nies vulnerabbli riedu jerġgħu jidħlu lura x-xogħol.

“Qed inpoġġuhom f’iktar tbatija, qed naqtawlhom ukoll it-800, meta fil-verità grupp ta’ 2000 ruħ, stajna insibu pjan kif aħna stajna naħdmu bihom, u insibu alternattivi.”

Intant, huwa pjanat li t-Tnejn ssir konferenza mill-Gvern biex jigu prezentati l-mizuri l-ġodda…filwaqt li l-Erbgħa ssir diskussjoni fil-Parlament dwar dawn il-miżuri.