Lokali

Proposti ta’ CSN għall-baġit straordinarju

Fid-dawl tal-baġit straordinarju ta’ nhar it-Tnejn, Civil Society Network ippublika proposti ekonomiċi għad-dibattitu nazzjonali dwar kif l-ekonomija Maltija tista’ tfendi kontra l-impatt ta’ COVID-19.

Il-proposti jinkludu :

1.Għandu jkun hemm skont ta’ ħamsin fil-mija (50%) fuq il-kontijiet kollha tad-dawl u l-ilma, kif ukoll moratorju fuq il-ħlas ta’ dawn il-kontijiet għal sitt xhur.

2. Għandha titbaxxa r-rata tal-interess u tinżamm fissa fejn jidħol self mill-banek.

3. Tnaqqis fil-VAT ta’ prodotti essenzjali.

4. Il-pagi tas-servizz pubbliku għandhom jiġu limitati għal €25,000 bħala miżura purament temporanja biex jiżdiedu l-investimenti fl-ekonomija. Dan isir b’eċċezzjoni għall-frontliners, pereżempju l-pulizija u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.

5. L-Awtorità tal-Artijiet għandha tissussidja sa 75% tal-valur tal-kirjiet, sa valur ta’ €500, għal kirjiet reġistrati. Dan biex jgħin lill-kerrejja mingħajr ma jħalli mpatt qawwi wisq fuq is-settur tal-propjetà, illi huwa pilastru tal-ekonomija Maltija.

6. Hemm imnejn ikun hemm kumitat stabbilit bejn l-aktar entitajiet ekonomiċi, jiġifieri l-Gvern, l-Oppożizzjoni, it-Trade Unions, u impjegati kbar, biex jagħtu parir lill-Parlament Malti rigwart il-kriżi ekonomiku. Dan sabiex kull vuċi fis-soċjetà Maltija tiġi kunsidrata mixjin ‘il quddiem. B’hekk ma jitħalla ħadd barra mill-proċess u tittejjeb il-probabbiltà li l-ekonomija terġa’ tissaħħaħ madwar l-ispettru tad-dħul.