Rebecca Zammit Lupi, Maltija li għaddiet minn 30 sessjoni ta’ terapija radju attiva fi ġlieda kontra l-kanċer, irċiviet sorpriża liema bħalha! Il-ħaddiema f’Rainbow Ward għamlulha festin hekk kif kienu inspirati mill-pożittività tagħha minkejja ż-żmien diffiċli li għaddejja minnu.
“Rebecca Zammit Lupi lestiet it-30 sessjoni ta’ terapija radju attiva. Jistħoqilha festin kbir għad-determinazzjoni li qed turi,” kitbu Puttinu Cares fuq il-paġna ta’ Facebook.
Rebecca baqalha vjaġġ biex tegħleb il-kanċer, liema vjaġġ se jsegwi minn sapport mill-ħaddiema tal-ward, qraba, u ħbieb.


